Jidher li Festivals Malta ġiet bejn ħalltejn fejn iqassmu l-mobile toilets għall-edizzjoni tal-lejla tan-Notte Bianca . Dan hekk kif mobile toilet partikolari ġie nstallat biswit il-funtana tat-Tritoni, li għadha kif ġiet irrestawrata bħala parti mill-proġett ta’ bieb il-Belt.
Il-konservatur u l-konsulent storiku tal-proġett ta’ restawr tal-funtana tat-Tritoni, Kenneth Cauchi, f’post fuq Facebook, b’mod ironiku qal li wieħed “ħaqqu l-premju nobel biex mobile toilet tagħmlu maġenb monument nazzjonali.” Bosta kienu dawk li urew id-dispjaċir u d-dieqa tagħhom għal din id-deċiżjoni, li uħud iddeskrivewha bħala xi ħaġa stupida.
Wara din il-post, jidher li l-organizzaturi neħħew il-mobile toilet minn biswit il-funtana għal parti oħra ta’ Pjazza Tritoni.
