Lokali

Jaħbtu f’żewġ vetturi wara li tilfu l-kontroll tal-mutur

Arkivji

Żewġt irġiel Taljani qed isofru ġrieħu gravi wara li l-Ġimgħa bil-lejl kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq J.F.Kennedy San Pawl il-Baħar li seħħ għall-ħabta tal-10.50pm.

Skont l-ewwel informazzjoni li ksibna, jidher li sewwieq ta’ mutur ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, miegħu kellu passiġier ieħor Taljan ta’ 27 sena.

Inżerta ftit tal-mumenti qabel seħħ inċident żgħir bejn żewġ karozzi li kienu fil-ġenb tat-triq. F’dak il-ħin il-mutur ħabat ma’ dawn iż-żewġ vetturi.

Fuq il-post issejħu membri tal-ambulanza li ħadu lill-vittma lejn l-isptar. Hemm ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.