Rugby Sport

FILMAT: L-Ingilterra mal-aħħar tmienja, il-Ġappun qrib kwalifikazzjoni storika u l-Awstralja tirritorna għar-rebħ

(Ritratt: World Rugby)

L-Ingilterra aċċertat minn post fil-kwarti tal-finali wara rebħa ta’ 39-10 kontra l-Arġentina li lagħbet għal ħin bi plejer anqas. Din it-telfa fissret li l-Arġentina hi eliminata fil-fażi tal-gruppi għall-ewwel darba f’16-il sena wara li waslu sas-semifinali darbtejn fl-aħħar tliet edizzjonijiet. It-tim immexxi minn Eddie Jones għamel sitt tries li fissru li t-tielet punt żejjed. L-Ingliżi ħadu vantaġġ mit-tkeċċija ta’ Tomas Lavinini wara 18-il minuta għal daħla perikoluża fuq Owen Farrell.

Jonny May, Elliot Daly u Ben Youngs kollha kisbu tries fl-ewwel taqsima, b’George Ford, Jack Nowell u Luke Cowan-Dickie kisbu t-tries fit-tieni taqsima. L-Ingilterra tassigura postha fil-quċċata ta’ Pool Ċ u probabbilment konfront kontra l-Awstralja jekk tirbaħ kontra Franza fit-12 ta’ Ottubru.

Benjamin Urdapilleta poġġa lit-tim Arġentin minn fuq b’penalty wara seba’ minuti, iżda wara li l-captain Pablo Matera rċieva twissija mir-referee, Lavanini ma kellux l-istess destin hekk kif ġie muri l-karta l-ħamra għal daħla fuq Farrell. Din il-karta l-ħamra kienet il-ħames waħda u fissret rekord għal edizzjoni waħda.

Minkejja li kisbet tliet tries, l-Ingilterra daħlet tistrieħ 15-3 biss minn fuq wara li Farrell falla t-tliet conversions. Fit-tieni taqsima, Farrell għamel it-tliet conversions wara t-tries Ingliżi. Matias Moroni skorja l-uniku try għat-tim Arġentin fil-71 minuta.

Il-Ġappun qrib il-kwalifikazzjoni

Il-Ġappun tinsab viċin li tgħaddi mill-grupp għall-ewwel darba fl-istorja tagħha wara rebħa ta’ 38-19 kontra Samoa biex tinsab f’Pool A. Kotoro Matsushima skorja try importanti fl-aħħar azzjoni tal-logħba, biex tahom punt kruċjali li bih jinsabu tliet punti fuq l-Irlanda.

Timothy Lafaele, Kazuki Himeno u Kenki Fukuoka kisbu t-tliet tries l-oħra, b’Yu Tamura jagħmel tliet conversions u skorja erba’ penalties għal total ta’ 18-il punt.

L-Awstralja tiddomina lill-Urugwaj

L-Awstralja rkuprat mit-telfa kontra Wales b’rebħa ta’ 45-10 kontra l-Urugwaj. L-Awstraljani lagħbu nofs l-ewwel taqsima bi plejer anqas wara li Adam Coleman u Lukhan Salakaia-Loto ntwerew karti sofor għal high tackles filwaqt li Kurtley Beale kien fortunat li evita t-telfa karta.

Minkejja dan huma ddominaw bi tries ta’ Dane Haylett-Petty Jordan Petaia u Tevita Kuridrani jiskorjaw tries fl-ewwel taqsima filwaqt li Kuridani, Haylett-Petty, Will Genia u James Slipper skorjaw try kull wieħed fit-tieni taqsima. Christian Lealiifano skorja ħames conversions. L-Urugwaj skorjat il-punti biss minn penalty ta’ Felipe Berchesi 12-il minuta u try ta’ Manuel Diana fit-78 minuta b’conversion ta’ Berchesi.

Riżultati

Pool A: Ġappun v Samoa 38-19

Pool Ċ: Ingilterra v Arġentina 39-10

Pool D: Awstralja v Urugwaj 45-10

Illum

Pool Ċ: Franza v Tonga 10.00am

Pool D: New Zealand v Namibia 6.45am