Internazzjonali

PARIĠI: Ħsieb li kien attakk terroristiku

Kien argument fuq ix-xogħol bejn Mickael Harpon u l-Kap tiegħu li wassal għat-traġedja li seħħet il-Ħamis f’Pariġi, fejn tilfu ħajjithom 4 Uffiċjali tal-Pulizija.

Mickael Harpon, li kellu 45 sena u li kien jaħdem bħala Speċjalista tal-Informatika, inqatel fil-post wara sfreġu li wettaq fil-Kwartieri tal-Pulizija, fejn qatel lill-kollegi tiegħu stess.

Jidher li Harpon ikkonverta għall-Iżlam madwar 18-il xahar ilu u kien waqaf ikellem lill-kollegi nisa. Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija, kollox qed jipponta lejn attakk terroristiku.

Infatti meta ġiet interrogata mart l-aggressur, qalet li lejlet l-isfreġju, ir-raġel tagħha qalilha li kien qed jisma’ xi vuċijiet.