Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fis-Swieqi

Raġel ta’ 68 sena qiegħed isofri minn feriti gravi wara li ħabat ma’ karozza fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ fi Triq tal-Ibraġġ.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li s-sewwieq tal-mutur ħabat mal-karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 67 sena u t-tnejn huma resident s-Swieqi. Il-mara sofriet minn xokk kbir, b’kawża tal-inċident.

Intant is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri grieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadha għaddejja.