Rapport: Rowen Camilleri
SLIEMA WANDERERS……….. 0 SIRENS…………….. 1
Sliema: J. Galea, M. Sansone (J. Mintoff 57’), A. Stellitano (C. Pani 75’), K. Shaw, M. Scerri (A. Satariano 86’), J. Cisotti, J.Gill, R. Carvajal, E. Agius, S. Miloskovic, S. Sow
Sirens: D. Cassar, R. Grech, W. De Oliveira (S. Arab 79’), R. D. Anjos (D. Sant 68’), E. Okoye, A. Borg, I. Adeshina, R. Romao, R. Memezes, T. Espindola, F. Cheveresan
Imwissija: E. Okoye 32’, R. Grech 87’, A. Borg 91’ (SI),M. Scerri 35’ (SL)
Tkeċċa: S. Sow 71’ (SL)
Skorja: F. Cheveresan 72’ (SI)
Referee: Andrea Scriha
Assistenti Referees: Christopher Francalanza u Alan Camilleri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Thiago Espindola (Sirens)
BOV Plejer tal-logħba: Flavio Silva Cheveresan (Sirens)
Attendenza: 432
Fl-ewwel avventura tagħhom, Sirens jinsabu fil-quċċata tal-Kampjonat Premier anki jekk momentarjament wara sitt logħbiet. Huma għelbu lil Sliema Wanderers 1-0, f’logħba li t-tim ta’ Steve D’ Amato iddomina għal ħinijiet twal.
Erba’ bidliet fil-formazzjoni inizjali ta’ Sliema Wanderers fejn minflok Claudio Zappa, Jean Paul Farrugia, Claudio Pani u John Mintoff bdew il-partita Antonio Stellitano, Mark Scerri, Seydou Sow u l-akkwist il-ġdid Robert Carvajal. Minn naħa l-oħra Steve D’Amato ma kellu l-ebda problema fl-iskwarda u għalekk għażel li jżomm l-istess formazzjoni li rebħet 3-1 kontra Santa Lucia.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fid-19-il minuta minn Sirens meta wara sensiela ta’ xuttijiet blukkati, il-ballun waqa’ f’saqajn Adrian Borg li xutt fil-baxx tiegħu għadda ftit barra. Fil-25 minuta Sirens marru viċin li jiftħu l-iskor meta minn kross ta’ Ryan Grech, Adrian Borg għola tajjeb u d-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-mimduda.
Fil-41 minuta f’azzjoni li bdiet minn nofs il-grawnd, Adeshina tefa’ ballun tajjeb lil Wellington De Oliveira li avvanza tajjeb, qabeż lill Kurt Shaw iżda x-xutt tiegħu ġie salvat tajjeb minn Galea. Sirens kienu bla dubju l-aqwa tim fl-ewwel taqsima u tliet minuti wara kien Espindola li daħal fil-kaxxa u għal darb’ oħra kellu jkun Jake Galea li dawwar f’korner ix- xutt sabiħ tal-Brażiljan.
Sirens komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-55 minuta azzjoni personali ta’ Okoye li x-xutt bid-dawra tiegħu għadda jħakkek mal-wieqfa. Fil-71 minuta Sliema spiċċaw bi plejer inqas meta minn korner ta’ Espindola kien Cheveresan li ħa l-ballun bir-ras u meta l-ballun deher dieħel fix-xibka, Seydou Sow qala’ l-ballun il-barra b’idu, bir-referee immedjatament jordna penalty u jkeċċi lil Sow. Mill-11-il metru kien FLAVIO CHEVERESAN li l-ewwel tentattiv tiegħu kien salvat parzjalment minn Galea, bil-ballun jerġa’ jaqa’ f’saqajn l-istess Cheveresan li tefa’ fix-xibka.
Fit-88 minuta Sirens fallew ċans tad-deheb li jirdoppjaw meta minn kross mix-xellug ta’ Cheveresan, Adeshina għamel l-impossibbli u minn quddiem il-lasta tefa’ barra. Fl-aħħar azzjoni perikoluża fid-90 minuta wara azzjoni personali, ix-xutt ta’ Memezes kien imxellef għal korner mid-difiża.
//= $special ?>