Is-servizz tal-metro f’Hong Kong għadu jinsab staġnat wara l-protesti kien hemm fl-aħħar jiem f’din il-belt li huwa territorju awtonomu Ċiniż.
Il-linja tal-Airport Express biss baqgħet miftuħa hekk kif id-dimostranti bdew dimostrazzjonijiet ġodda.
Il-Kap Eżekuttiv Carrie Lam iddefendiet id-deċiżjoni tagħha li tinvoka s-setgħat ta’ emerġenza sabiex terġa’ tinkiseb l-ordni.
Il-Ġimgħa infatti dimostrant ġie milqut minn sparatura f’siequ.
Din il-belt, eks Brittanika ilha għaddejja bl-inkwiet minn Ġunju li għadda, bl-affarjiet ma tantx jidhru li se jikkalmaw malajr, biċ-ċittadani fil-belt jappellaw għal aktar drittijiet f’Hong Kong.
//= $special ?>