Lokali Qorti

Żagħżugħ arrestat b’akkuża ta’ pussess u traffikar tad-drogi f’Għawdex

Ilbieraħ żagħżugħ ta’ 18-il sena mwieled ir-Renju Unit ġie mressaq b’arrest quddiem il-Qorti t’Għawdex hekk kif ġie akkużat li waqt li kien fil-Gżejjer Maltin kellu pussess tiegħu ħaxixa tal-kannabis u li traffika l-istess sustanza.

Huwa ġie akkużat ukoll li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu iż-żagħżagħ u li kkommetta dawn ir-reati waqt perjodu attiv ta’ liberta` kundizzjonata imposta fuqu mill-Qorti.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li l-qorti rrifjutat il-ħelsien mill-arrestat.

Intant, il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LL.D.