Anzjan isofri ġrieħi serji wara li ntlaqat minn mutur

Anzjan ta’ 72 sena residenti l-Birgu qed jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn mutur. Stqarrija tal-pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30p.m. fi Triq il-Wied, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara irriżulta li għal xi raġuni, l-anzjan intlaqat minn mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Belt Valletta.

Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat Marseanne Farrugia li ħatret esperti biex jassistu fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.