Fis-2pm fetħet il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista mis-Segretarju Ġenerali, Clyde Puli, fid-Dar Ċentrali, biex ikompli u jikkonsolida u jsaħħaħ l-operat tal-Partit.
Fit-tnedija tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li t-tema magħżula tirrifletti n-numru ta’ riformi pjanati għaddejjin, b’oħrajn jinħmew, biex jissaħħaħ il-Partit u jkollna Oppożizzjoni denja għall-ġid tal-pajjiż. Għalhekk, bil-fondi miġbura llum jistgħu jiġu implimentati dawn ir-riformi u fl-istess ħin tiġi sostnuta l-media tal-Partit, bħall-inovazzjoni fl-iskeda l-ġdida, is-settijiet tal-programmi fuq NET TV, l-apparat u r-riżorsi umani.
Il-Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo, f’intervent qal li t-tmexxija tal-Partit kienet għaqlija kif tamministra l-finanzi tal-Partit, fosthom b’elezzjoni doppja li fiha l-Partit ma ġarx spejjeż u b’Festi tal-Indipendenza li fihom naqqset bi kbir it-telf minnha. Għahekk, il-Partit Nazzjonalista b’wiċċu bil-quddiem qed jirrikorri lejn l-appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi biex tkompli ssaħħaħ l-istrutturi tal-Partit u tkompli twassal il-messaġġ.
Il-ġenerozità tal-poplu Malti u Ghawdxi, il-ftit mingħand il-ħafna, f’Maratona Gbir ta’ Fondi bħal din hija tant importanti biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissielet favur id-demokrazija fil-pajjiz.
Il-ġenerożità li biha tant magħruf il-poplu Malti tqawwi qalb l-organi kollha tal-Partit biex b’ ħilithom kollha, b’aktar kuraġġ u b’aktar determinazzjoni jippreżentaw lill-Partit Nazzjonalista bħala Gvern alternattiv.
Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi, trażmessa LIVE fuq l-istazzjonijiet NET, tibqa’ għaddejja sa nofsillejl u wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni billi jċempel, jibgħat SMS, iżur id-Dar Ċentrali tul il-ġurnata jew online, mis-sit elettroniku tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>