Lokali

Ġurnata għall-għarfien dwar l-annimali

Għal sena oħra, il-pubbliku kellu l-opportunità jżur il-‘Petting Farm’ f’Ta Qali filwaqt li jipparteċipa f’diversi attivitajiet. Dan hekk kif il-Ħadd kienet imfakkra l-ġurnata għall-għarfien tal-Annimali.

Kull min attenda għal din l-attivita seta’ jgawdi minn diversi attivitajiet għat-tfal, stands informattivi, ċans li jaddotta klieb u qtates mill-Animal Welfare, diskussjonijiet interessanti u servizz ta’ grooming.

Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm diversi organizzazjonijeit fosthom Birdlife, Association of Abandoned animals, RMG, Cats and Dogs Sheldter, Tomasina Cat Sanctury, Claws, RMJ Horse Rescue, Love for Stray Malta kif ukoll Animal Welfare Directorate.

Net News tkellem mad-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello dwar din l-attivita’ kif ukoll ma’ nies li attendew għal din il-ġurnata.