Eluf ta’ dimostranti mill-ġdid issieħbu fil-marċijiet kontra l-Gvern u sfidaw anki x-xita qawwija biex isemmgħu leħinhom kontra l-projbizzjoni għall-maskri tal-wiċċ li tħabbret jiem ilu mill-awtorità ta’ Hong Kong. L-isparaturi mill-pulizija fuq in-nies (li ħallew il-midruba) ukoll xprunaw l-inkwiet u s-sens akbar ta’ rabja fost il-poplu.
Inqalgħu numru ta’ rewwixti, fost l-attakki tal-folol fuq ċerti negozji ‘b’rabtiet maċ-Ċina’ u bid-dimostranti jidħlu bil-forza f’xi uffiċini tal-Gvern. Il-pulizija wieġbu bil-gass tad-dmugħ filwaqt li użaw il-lembubi fuq id-dimostranti, li insistew xorta li jgħattu wiċċhom bil-maskri wara li l-Qorti Għolja, fl-aħħar sigħat, ikkonfermat ‘il-validità tal-projbizzjoni’.
Il-protesti favur id-demokrazija f’Hong Kong ilhom għaddejjin ix-xhur bid-dimostranti jinkwetaw li d-drittijiet demokratiċi tagħhom qegħdin jitnaqqru f’dan it-territorju semi-awtonomu taħt is-sovranità taċ-Ċina. Minkejja l-inkwiet, is-servizzi tal-metro, fil-preżent, qegħdin jaħdmu ‘parzjalment’, ftit jiem wara li kienu sfaw il-mira ta’ attakk mid-dimostranti.
//= $special ?>