Dalgħodu kienet organizzata maratona f’Hill Top Gardens bħala parti mill-attivitajiet matul il-ġimgħa ddedikata lill-anzjani. Fl-istess ħin, din l-attività kienet maħsuba wkoll biex jinġabru fondi għall-Assoċjazzjoni tal-Parkinson.
Fil-bidu tal-maratona, il-Kap Eżekuttiv ta’ Hill Top Gardens u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Parkinson sellem lil dawn kollha preżenti filwaqt li rringrazzja lill-organizzaturi.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Anzjanità Attiva Maria Deguara, irringrazzjat lill-organizzaturi u lill-Assoċjazzjoni tal-Parkinson li tagħmel xogħol eċċellenti fl-għajnuna għall pazjenti li jsofru mill-marda tal-Parkinson.

Hija enfasizzat l-importanza ta’ fiżjoterapija tajba u t-terapija okkupazzjonali għall-anzjani mwettqa f’Hill Top Gardens. Maria Deguara enfasizzat ukoll li l-anzjani jibqgħu attivi, anke jekk dawn jinħakmu mill-marda tal-Parkinson. Permezz tal-Anzjanita Attiva ngħinu biex inżommu lil dawn il-pazjenti mobbli u indipendenti.


