Internazzjonali

Il-Portugall: Vot nazzjonali fost l-iskandli…

©MÁRIO CRUZ/EPA/MAXPPP - epa07896868 Portuguese Prime Minister and general secretary of the Socialist Party, Antonio Costa, during a political campaign for the upcoming legislative elections, in Porto, northern Portugal, 04 October 2019. The 2019 legislative elections will take place next 06 October. EPA-EFE/MÁRIO CRUZ

JIl-poplu Portugiż ivvota fl-elezzjoni ġenerali meta l-Partit Soċjalista tal-Prim Ministru Antonio Costa jidher favorit li joħroġ bħala l-akbar partit. Madankollu mhux ċar jekk il-partit inkwistjoni jiksibx maġġoranza fuq ir-rivali Soċjal-Demokratiċi taċ-ċentru-lemin.

Il-popolarità tas-Soċjalisti, intant, intlaqtet minn sensiela ta’ skandli li jinkludu akkużi dwar nepotiżmu u s-suspettat ħabi ta’ serq tal-armi minn bażi militari. Dan waqt li l-Oppożizzjoni akkużat lill-Gvern ta’ Costa li ‘esaġera’ fil-miżuri relatati mal-investiment biex jissodisfa r-regoli tal-baġit stabbiliti miz-zona ewro.

Mal-11-il miljun ċittadin kienu rreġistrati biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-Assemblea ta’ Lisbona, li hi magħmula minn 230 deputat.

Is-Soċjal-Demokratiċi (PSD) kienu rebħu l-aktar voti fl-elezzjoni tal-2015 fil-Portugall, iżda s-Soċjalisti kisbu l-poter wara li huma laħqu ftehim formali mal-partiti iżgħar tax-xellug.