Lokali Qtil Politiku

IR-RIVELAZZJONIJIET ĠODDA DWAR CARUANA GALIZIA: “Skiet li jtarrax minn Muscat”

Adrian Delia jtenni l-impenn tal-PN li jfittex il-verità u li ssir ġustizzja

Tnax-il siegħa wara r-rivelazzjonijiet mill-gazzetta The Sunday Times dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, skiet li jtarrax min-naħa tal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, waqt intervent il-Ħadd filgħaxija waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’riżq il-Partit. Huwa qal kif stenna bi prudenza għar-reazzjoni tagħhom iżda wara dan il-ħin kollu bla reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista mhux se jibqa’ sieket.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti għall-verità kollha u biex issir ġustizzja mal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u familtha, żewġ affarijiet li l-poplu Malti huwa tant imxennaq għalihom.