Lokali

Kampanja fuq il-midja soċjali dwar il-Pre-Budget Document – Team Start PN

Matul l-ġimgħat li ġejjin, Team Start PN ser ikun qiegħed jagħmel kampanja fuq il-mezzi soċjali sabiex il-proposti li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Pre-Budget Document jaslu aktar għand in-nies speċjalment għand iż-żgħażagħ.

F’dan id-dokument mimli bil-proposti, il-PN ressaq numru kbir ta’ proposti li jolqtu lil kull settur tas-soċjetà, speċjalment f’oqsma li huma ta’ interess għaż-żgħażagħ.

F’kummenti li taw lil Net News, uffiċċjali ta’ Team Start spjegaw kif iħossu li sabiex jinxteħet dawl fuq t-tgħawwiġ tal-fatti li qiegħed isir mill-gvern Laburista issa li ġej il-Budget,jeħtieġ li jintużaw bil-għaqal ir-riżorsi tagħna sabiex nikxfu s-sitwazzjoni vera fl-edukazzjoni, l-ambjent u s-saħħa u mmexxu aktar il-proposti li qed jagħmel l-Partit Nazzjonalista.