Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrifjuta li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni dwar is-sospensjoni tal-liċenzja lill-kumpanija Chetcuti Cauchi li kellha l-liċenzja tagħha sospiża wara l-kontroversja maħluqa mid-dokumentarju investigattiv minn ġurnalisti Franċiżi dwar il-bejgħ tal-passporti Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lill- Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejdatal-Kamra kopja takwalunkwe ittra jew dokument ieħor li permezz tiegħu l-Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali ssospendiet il-liċenzji lill-kumpanija Chetcuti Cauchi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe ittra jew dokument ieħor li l-Aġenzija rċeviet minn din l-istess kumpanija bi tweġiba jew b’rabta mas-sospensjoni tal-imsemmija liċenzji.
Il-Prim Ministru wieġeb li in vista tal-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin, fosthom dik mir-Regolatur u t-talba biex issir inkjesta Maġisterjali mill-Qorti tal-Maġistrati, majkunx xieraq f’dan l-istadju li din il-komunikazzjoni uffiċjali li saret tkun ippreżentata fil-Parlament.
//= $special ?>