Dan filwaqt li tmint itfal li kienu fuq din id-dgħajsa huma maħsuba mitlufa.
Matul il-lejl inqalbet dgħajsa li kienet qed iġġorr madwar 50 immigrant waqt li kienet madwar sitt mili ’l barra minn Lampedusa. Dan meta membri tal-Guardia Costiera kienu waslu fuq il-post biex isalvaw lil dawn l-immigranti.
Jidher li meta waslet l-għajnuna, l-immigranti ċċaqilqu kollha għal fuq naħa waħda tad-dgħajsa. Peress li dak il-ħin il-baħar kien imqalleb, id-dgħajsa spiċċat inqalbet bihom.
Il-membri tas-salvataġġ irnexxielhom isalvaw 22 persuna, iżda l-kumplament għadhom mitlufa.
//= $special ?>