Anzjan ta’ 87 qed isofri feriti gravi b’arma tan-nar meta għall-ħabta tal-10.15am kien hemm argument fi Triq is-Salib, fix-Xewkija bejn ġirien. Dan l-argument wassal biex anzjan kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.
Mill-istħarriġ li wettqu l-pulizija qalu li l-argument seħħ bejn l-anzjan u raġel ta’ 35 sena residenti x-Xewkija wkoll.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar inkjesta filwaqt li ż-żewġ persuni qed jiġu mitkellma mill-Pulizija sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>