Kenneth Vella
Is-46 laqgħa tal-istaġun, fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u li saret il-Ħadd fil-Marsa rat it-tkomplija tal-kampjonat Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom sittax -il żiemel għaddew għas-semi finali.
Fl-ewwel heat, kien id-debuttant Vaillant Zailer ta’ Michael Ellul li ħa l-ewwel rebha fi xtutna wara li mar quddiem dawra mit-tmiem. Dan rebah b’żewġ tulijiet minn Jim Sanna (Charles Camilleri), Jordan Lee G.L. (Marco Debono) u Hallas Judex (Charles Magro).
Id-Daniż And Here I Am (Rodney Gatt) ħa t-tielet rebħa tas-sena fit-tieni heat mill-istess kompetizzjoni. Dan kien quddiem kważi tul id-distanza kollha, bla tbatija u b’vantaġġ ta’ tliet tulijiet temm l-ewwel minn Frisco Runner (Carl Caruana). Boss Du Marny (Kerstin Galea) u l-ġdid Franciz As De Kara (Jesmar Gafa’) kellhom ukoll pjazzament tajjeb.
Sprint tajjeb mibdi 300m mit-tmiem tat-tielet heat Gold wassal lil Univers De Suce (Kurt Saliba) biex jirreġistra t-tieni rebġa staġjonali. Oliwer Hip (Noel Baldacchino), G.G.’s Magic Dream (Rodney Gatt) u Va Zizou (Gianluca Grech) daħlu warajh f’dik l-ordni.
Fir-raba’ u l-aħħar heat ġrew biss ħames żwiemel minħabba li l-ħamsa l-oħra kienu kollha skraċċjati. Kien Uragano (Cliferty Calleja) li mar quddiem f’nofs id-distanza biex bla tbatija ttrijonfa b’żewġ tulijiet minn Uppercut Ducal (Marco Debono) u Mystic Accident (Noel Baldacchino). Ida Glitter (Kirsten Axisa) irnexxilha tkun l-aħħar partecipanta li tgħaddi għas-semifinali. Għal Uragano din kienet t-tieni rebħa tas-sena.
Ir-rizultati kollha
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Hin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Dreamed Victory (J. Zahra) 3. Verbier (C. Camilleri) 4. Cuaker Groove (S. Schembri)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Viking’s De Rabet (D. Gatt) Hin – 3.27.8” (1.18.7”) 2. Staro Let’s Dance (T. Tanti) 3. Fakir Haleryd (R. Schembri) 4. Irena Palema (R. Gatt)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Born To Gis (E. Attard) Hin – 3.28.3” (1.18.9”) 2. Veikko Hornline (C. Vassallo) 3. Albatros Rainbow (P. Buttigieg) 4. Limoncelli (M. Fenech)
IV Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Vaillant Zailer (M. Ellul) Hin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Jim Sanna (C. Camilleri) 3. Jordan Lee G.L. (M. Debono) 4. Hallas Judex (Ch. Magro)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. And Here I Am (R. Gatt) Hin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Frisco Runner (C. Caruana) 3. Boss Du Marny (K. Galea) 4. As De Kara (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Univers De Suce (K. Saliba) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Oliwer Hip (N. Baldacchino) 3. G.G’s Magic Dream (R. Gatt) 4. Va Zizou (G. Grech)
VII Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Uragano (C. Calleja) Hin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Uppercut Ducal (M. Debono) 3. Mystic Accident (N. Baldacchino) 4. Ida Glitter (K. Axisa)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Top Di Girifalco (R. Gatt) Hin – 3.29.2” (1.19.4”) 2. Croque Tout (C. Camilleri) 3. Afro Seven (A. Ellul) 4. Vesuve d’Odyssee (K. Grech)
//= $special ?>