F’nofs il-kontroversja li qamet fl-aħħar jiem, u li kompliet tħammar wiċċ il-Gvern fir-rigward tal-bejgħ tal-passaporti, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru organizza konferenza dwar il-futur ta’ din l-istess skema kontroversjali.
Mistiedna fost il-kelliema… Julia Farrugia Portelli, li fl-aħħar jiem issemmiet waqt filmati ppublikati mill-midja Franċiża.
Mistieden ukoll, dak li l-media Olandiża sejħet il-Professur tal-Passaporti, Dimitri Kochenov.

Net News mar ghal din il-konferenza biex jieħu l-kummenti ta’ Kochenov u Julia Farrugia iżda… appenna lemħet il-kamera tagħna, Julia Farrugia ħarbet minn bieb fil-ġenb.
Madanakollu, għal xi raġuni mhux magħrufa, il-Professur Kochenov ma deher imkien.
Ghal din il-konferenza, il-media ma kelliex stedina uffiċjali. Iżda Net News mar fil-post biex isaqsi domandi leġittimi wara li Kochenov iżżeffen f’nofs kontroversja ġdida dwar il-passaporti.
Ismu kien imniżżel fost il-kelliema fil-programm inizzjali fis-2:20PM… ftit wara s-Segretarju Parlamentari Farrugia; iżda wara dak li ħareġ mill-media Olandiża, ismu tneħħa.

Kochenov, apparti li kien konsulent tal-Gvern Malti fil-ħolqien tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, jitkellem barra minn Malta f’bosta konferenzi biex jgħin fil-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Bl-espert barrani jgħid li mgħandekx bżonn tgħix Malta biex tieħu ċ-ċittadinanza.
Intant, f’din l-istess konferenza tkellem Charles Mizzi, is-CEO tal-Malta Residency and Visa Programme li saħansitra kien mistoqsi mill-publiku dwar is-segretezza ta’ din l-iskema fejq qal li m’hemmx sigrieti rigward din l-iskema filwaqt li ma ried jagħti ebda informazzjoni oħra.
//= $special ?>