Lokali

Frederick Azzopardi rikoverat fi sptar fil-Marokk

Permezz ta’ stqarrija l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia nnota b’dispjaċir li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi, membru tad-delegazzjoni Maltija li bħalissa tinsab il-Marokk, ħassu ma jiflaħx u qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa f’ċentru mediku.

Id-deputat Għawdxi kien fil-Marokk għal-laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Kap tal-PN Adrian Delia awgura fejqan ta’ malajr lid-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit, Clyde Puli, u kif ukoll il-whip tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar ukoll inawguraw fejqan ta’ malajr lil Azzopardi.  Fost kummenti wkoll minn ħafna illi awguraw is-saħħa lid-deputat Azzopardi.

Net News jingħaqad ma dawn il-kumment u nawguraw fejqan ta’ malajr lid-deputat Frederick Azzopardi.