Ekonomija Lokali

Il-prezz tal-proprjeta’ ikompli jisplodi ‘l fuq

Ċifri maħruġa llum mill-Eurostat juru li sat-tieni nofs tas-sena kompla jiżdied il-prezz tal-proprjeta’ f’pajjiżna. Meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena 2018, il-prezz tad-djar u l-appartamenti żdied b’xejn anqas minn 6.2%.

L-istess statistika Ewropea turi biċ-ċar li ż-żieda f’Malta hija ferm ikbar minn kemm qed jiżdied il-prezz tal-proprjeta’ madwar l-UE u fiz-Zona Ewro.

Il-prezz tad-djar f’Malta qed jiżdied b’rata ferm akbar mill-prezzijiet fil-Ġermanja, Franza, Spanja, ir-Renju Unit, in-Norveġja u l-Belġju.

Il-piżijiet tas-suq tal-proprjeta’ u l-kwistjoni tal-kirjiet huma temi li ilhom xhur jiddominaw id-dibattitu pubbliku f’pajjiżna. Fil-fatt, qed issir pressjoni kbira biex fil-Budget il-Gvern jindirizza dawn il-piżijiet, li b’mod partikolari qed jaffetwaw lill-koppji żgħażagħ.