Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara fil-parlament li l-informazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnlsista Daphne Caruana Galizia għanah tingħata mill-Kummissarju tal-Pulizija u mhux iridu jkunu l-ġurnalisti li jippubblikaw din l-informazzjoni tant importanti.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrifera għar-rapport ta’ The Sunday Times tas-6 ta’ Ottubru 2019 li ta dettalji dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Din l-aħbar intlaqgħet bi skiet mill-Gvern u staqsa jekk il-Ministru Intern, il-Ministru tal-Ġustizzja jew il-Prim Ministru, humiex se jagħmlu stqarrija ministejali dwar dan ir-rapport.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-istqarrijiet li saru minn deputat wara r-rapport ta’ The Times kienu biss miżinformazzjoni spekulattva li lanqas għandha tingħata wiċċ. Hu qal li kien tkellem mal-ġurnalisti involuti li ħadu d-deċiżjonijiet li għandhom jippubblikaw ir-rapport.
Mhux xogħol il-Prim Ministru li joqgħod jikkonferma jew jispekula fuq informazzjoni pubblikata jekk din hix veru jw le. Hu qal li ma jkunx informat dwar id-dettlaji tal-investigazzjonijiet iżda jkun informat biss dwar ix-xejriet li dawn ikunu qed jieħdu. Il-Prim Ministru qal li mhux se jikkritika lill-mezzi tax-xandir li għamlu l-istorja għaliex ċertu dettalj ma kienx jaf humiex veru jew le. Allaħares il-Prim Ministru jkun jaf ċertu dettalji u huma l-mezzi tax-xandir li jridu jerfgħu r-responbbiltà, sostna l-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru komplali l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u ddikjara li dawn huma l-ikbar investigazjonijiet kriminali dwar qtil oxxen u kodard. Hu qal li l-istorja ta’ The Times tista’ tgħin biss lill-persuni li jkunu investigati li jsiru jafu li l-pulizija qed jiġru warjhom. Dan l-artiklu jikkofnerma li l-investigaturi qed jagħmlu xogħlhom tajjeb, sostna Joseph Muscat.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li din hi kważi stqarrija ministerjali u rrimarka li hu kien staqsa biss jekk il-Ministru tal-Ġustizzja, tal-Intern u l-Prim Ministru kellhomx stqarrija iżda l-Prim Ministru għamel stqarrija. Għalhekk hu talab li jkollu l-istess ammont ta’ ħin bħall-Prim Ministru.
L-Ispeaker qal li l-Prim Ministru m’għamilx stqarrija ministerjali.
Il-Prim Ministru intervjena u qal li hu wieġeb mistoqsija bħala kortesija u ma kinitx stqarrija ministejali . M’għandux problema li l-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu l-ħin li ħa hu iżda appella għax kull kelma tilgħab f’idejn il-persuna li kulħadd irid li tinqabad biex issir ġustizzja.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li mhux se jispekula biex ifixkel l-investigazzjonijiet iżda f’pajjiż demokratiku ma kellux ikun ġurnal li jaġġorna lill-poplu iżda jkun il-Kummissarju tal-Pulizija, kif isir f’pajjiżi demokratiċi. Dan biex ikun hemm serħan tal-moħħ li l-investigazzjonijiet għaddejjin bil-mod ġust. Hu staqsa fhix waslet li l-inkejsta separata li kellha ssir biex il-ġustizzja ssir u toħroġ il-verità kollha dwar dak li seħħ qabel u wara l-qtil.
Il-Prim Ministru wieġeb li għandu riservi dwar kemm għandu jingħad min qed ikun investigat. Dan biex il-proċess ma jkunx imminat, qal il-Prim Ministru li sostna li kellu laqgħa mal-familja Carauna Galizia u li se jsiru iktar laqgħat fiż-żmien li ġej.
