Żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti l-Marsa tressaq il-Qorti t’Għawdex hu ġie orndat li jħallas is-somma ta’ €172.45 lill-vittma f’perjodu ta’ tliet snin. L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u tqiegħed ukoll taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin.
L-akkużat, is-Sibt għall-ħabta 1.40pm seraq ammont ta’ flus kontanti minn stabbilment fi Triq il-Menqa, Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ.
Huwa deher quddiem il-Maġistrat Paul Coppini filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiejt mill-Ispettur B.C Spiteri.