Aktar minn 24 siegha wara l-istorja li żvelat The Sunday Times of Malta dwar l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, l-Prim Ministru Joseph Muscat sab ħin jattakka lill-Oppożizzjoni iżda falla milli jwieġeb għad-domandi li qed jagħmel kulħadd, inkluż ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa, Omtzigt.
Il-PN, fi stqarrija, fakkar li għall-Gvern Laburista ma kienx biżżejjed li jkaxkar saqajh għal xhur sħaħ biex issir inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Iżda l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu jinjora t-talba tal-familja Caruana Galizia u tal-Oppożizzjoni sabiex il-membri tal-Bord maħtura biex issir inkjesta pubblika jkunu indipendenti sabiex ma jitħalla l-ebda dubju.
L-istqarrija kompliet tgħid li l-Gvern Laburista mhux talli mhux iħalli ‘no stone unturned‘, talli qed jara kif jagħmel sabiex itawwal u ma ssirx ġustizzja kif diġà wera bit-tkaxkira tas-saqajn fuq l-inkjesta pubblika, sakemm ċeda għall-pressjoni qawwija li saritlu mill-Oppożizzjoni u l-Kunsill tal-Ewropa. Issa qed joħroġ ċar li l-uniku interess tal-Gvern ta’ Joseph Muscat u tal-Ministru Owen Bonnici mhix li toħroġ il-verità jew li ssir ġustizzja, iżda li jkun ivvandalizzat ta’ kuljum il-monument spontanju lill-ġurnalista assassinta Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>