Futbol Sport

Juventus jagħtu l-ewwel telfa lil Inter u jitilgħu fil-quċċata

Juventus permezz Gonzalo Higuain 10 minuti mit-tmiem mhux biss taw l-ewwel telfa lil Inter li sa qabel il-partita kellhom ir-rekord ta’ mija fil-mija, iżda huwa t-tim ta’ Maurizio Sarri li għall-ewwel darba f’dan il-kampjonat u l-‘capolisti’ assoluti.

It-tim ta’ Antonio Conte li għamel titjieb kbir ‘dan l-istaġun fejn fil-kampjonat kemm ilu Antonio Conte jmexxi lil Inter, kien rebħu l-ewwel sitt partiti, biex issa wara 7 logħbiet huma l-Juventus li għadhom bla telfa.

Juventus bdew tajjeb ferm u wara biss 4 minuti Paolo Dybala fetaħ l-iskor u poġġa lit-tim tiegħu minn fuq. Juventus dam igawdu l-vantaġġ għal 13-il minuta u dan wara li l-Olandiż De Ligt kien aġġudikat li mess il-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee Rocchibl-għajnuna tal-VAR jikkonferma l-għoti tal-penlaty.

Lautaro Martinez mill-11-il metru tefa’ fix-xibka għal 1-1 anke jekk Scezny par fuq in-naħa t-tajba. Fil-41 minuta Juventus ħasbu li għal darb’oħra marru gowl vantaġġ. Kien Ronaldo sab ix-xibka imma l-gowl tħassar permezz tal-VAR għaliex kien aġġudikat li kien hemm offside.


It-tim ta’ La Vecchia Signora skurjaw il-gowl tar-rebħa għaxar minuti mit-tmiem meta wara xogħol tajjab ta’ Ronaldo, Bentancur ġab lil Gonzalo Higuain waħdu fil-kaxxa u l-Arġentin ma falliex biex poġġa ta r-rebħa lil Juventus, vantaġġ li żammewh sa l-aħħar.