L-għada li ħarġet l-aħbar li businessman prominenti huwa suspettat bħala l-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Joseph Muscat kulma kellu xi jgħid hu li qed ikun mgħarraf dwar il-progress li qed isir f’din l-inkjesta.
Fl-artiklu tat-Times of Malta ntqal li l-Prim Ministru Joseph Muacat mistenni jiġi mħarrek biex jixhed fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruan Galizia. B’reazzjoni għal dan, Muscat qal li ma jafx fuq xiex se jintalab biex jixhed.
Ikkonfrontat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Joseph Muscat ma riedx jikkummenta jekk iltaqax mal-membri tal-familja Caruana Galizia rigward l-inkjesta li ħatar huwa stess. Dan meta l-familja stess esprimiet dubji serji dwar l-imparzjalita’ tal-membri li qed imexxu l-inkjesta suppost indipendenti.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ jiddefendi lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Muscat kien mistoqsi wkoll dwar il-possibbiltà li tingħata l-maħfra pesidenzjali lil Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu….wiehed mit-tlieta li allegatament kienu mibghuta biex joqtlu lil Caruana Galizia.
Alfred Degiorgio magħruf bħala ‘il-Fulu’, George Degiorgio magħruf bħala ‘iċ-Ċiniż’ u Vince Muscat magħruf bħala ‘il-Koħħu’ kienu arrestati fit-2 ta’ Diċembru 2017 fuq suspett li poġġew bomba fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia – liema bomba splodiet u hasdet il-hajja ta’ Caruana Galizia nhar is-16 ta’ Ottubru tal-2017.
//= $special ?>