- L-Ispeaker Anġlu Farrugia
F’ruling mogħti fil-parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia ddikjara li l-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo għamel sew li iddikjara li kellu konflitt ta’ interess fid-dibattitu dwar il-Lukanda Fortina anki dan ma kellux għalxiex.
L-Isepaker ta dan ir-ruling meta reġà beda jiltaqa’ l-parlament fuq talba minn Robert Arrigo dwar diskors tal-Ministru Ian Borg li kien allega konflitt ta’ interess dwar il-Lukanda Fortina. Robert Arrigo kien intervjena u qal li ma kellu l-ebda konflitt ta’ interess dirett minħabba li oħtu kienet miżżewġa lis-sid tal-lukanda Fortina. L-Ispeaker irrifera l-ordnijiet permanenti jgħidu li l-ebda membru ma jkollu dritt jivvota f’każi fejn ikollu konflitt ta’ interess dirett.
Il-kodiċi ta’ etika tad-deputat jgħidu wkoll li deputat li jkollu konflitt ta’ interess ma’ persuni li għandhom interess dirett għandu jiddikjara l-interess tiegħu. Is-Sedja irriferiet ukoll għal-linji gwida tal-parlament Kanadiż li jispeċifikaw liema huma l-persuni familjari tad-deputat. Riferenza oħra saret għar-regoli tal-parlament Ingliż dwar il-każi li fihom id-deputati għandhom jiddikjaraw konflitt ta’ interess.
L-Ispeaker ikkonkluda li Robert Arrigo għamel sew li ddikjara interess minkejja li fil-fatt ma kellu l-ebda konflitt ta’ interess fil-każ.
//= $special ?>