Għawdex Lokali Parlament Saħħa

“Solidarjetà ma’ Frederick Azzopardi” – Adrian Delia

F’intervent tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, fil-Parlament, huwa wera solidarjetà mad-deputat Nazzjonalista, Frederick Azzopardi, u l-familja tiegħu wara li ħassu ma jiflaħx waqt li kien fuq xogħol Parlamentari fil-Marokk.

Adrian Delia rringrazzja lill-Ispeaker, Anġlu Farrugia, u lill-Prim Ministru, Joseph Muscat, għar-riżorsi kolha disponibbli biex jingħata l-attenzjoni meħtieġa f’ċentru mediku u jitwassal lura Malta fil-ħin propizzju.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni radd ħajr ukoll lid-Deputati Etienne Grech u Josianne Cutajar, li qegħdin ma’ Frederick Azzopardi f’din id-delegazzjoni Parlamentari, li elevaw lilhom infushom mit-twemmin politiku tagħhom u filwaqt li qed jaġġornaw lill-Parlament regolarment dwar il-qagħda tad-deputat Għawdxi, qed jagħtu l-għajnuna kollha tagħhom lil Frederick Azzopardi.

https://www.facebook.com/adriandeliapn/posts/2524011720970682