Dan hu l-mument li l-iskema tal-bejgħ tal-Passaport Malti titwaqqaf minnufih.
Dan kien l-appell ta’ Vera Jourova waqt il-grilling fil-Parlament Ewropew biex tinħatar Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Valuri u t-Trasparenza. Hi kienet qed twieġeb mistoqsijiet mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
CLIP: 5:07 – 5:10
(Would you agree … to ban these schemes)
+ 5:14 – 5:24
(I agree, this is the time … to take such a step)
Din iċ-ċanfira ta’ Jourova tkompli żżid it-tħassib ta’ ħafna dwar kemm din l-iskema, immexxija f’Malta mill-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, verament qed tagħmel ġid lil pajjiżna jew le. Fil-fatt, fil-ħarġa tal-Ħadd, il-gazzetta MaltaToday ippubblikat stħarriġ li wera li kif 56.3 fil-mija tal-Maltin u l-Għawdxin ma jaqblux ma’ din l-iskema.
Fosthom kien hemm ukoll 31.4 fil-mija ta’ dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lill-Partit Laburista. Dan minkejja li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ftaħar diversi drabi li hu salesman, meta suppost hu jkun statesman li jipprova jikseb l-aħjar lejn il-pajjiż.
Il-Kandidat għall-Viċi Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea widdbet li għandu jkun hemm rabta reali bejn l-applikant u l-Istat Membru. Dan ghaliex l-Istat ma jkunx biss qed ibigħ lil pajjiżu, iżda anke jkun qed ibigħ iċ-Ċittadinanza Ewropea.
CLIP: 5:43 – 6:00
(There must be … which they don’t own fully)
Fuq kollox, Vera Jourova tappella għal aktar ‘due diligence’ biex ikunu ċari l-intenzjonijiet tal-applikant u jkun hemm serħan il-moħħ li l-flus użati ma jkunux flus maħmuġa.
CLIP: 6:02 – 6:18
(There must be … and so on)
Sadanittant, għal aktar mistoqsijiet ta’ Roberta Metsola, Vera Jourova spjegat li ltaqgħet mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia f’Malta, u wegħdet lil omm il-ġurnalisti maqtula li se ssegwi personalment u mill-qrib l-investigazzjoni. Dan hekk kif, bħal omm Daphne, hi wkoll qed tistenna ġustizzja.
Innutat li l-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq kompromessi fost il-mijiet ta’ ideat, filwaqt li tigi protetta s-saltna tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni. Appellat biex l-Ewropa tipproteġi dawn id-drittijiet u titgħallem mil-lezzjonijiet li rriżultaw matul dan il-mandat.
Għax jekk is-saltna tad-dritt tfalli mqar fi stat membru wieħed, tikkrolla s-sistema kollha, tenniet Jourova.
CLIP: 3:28 – 3:37
(If the rule of law … will be finished)
U dwar il-possibbiltà li tiddaħħal il-Liġi tal-iSLAPP, intenzjonata biss biex twaqqaf lill-ġurnalisti mill-ħidma tagħhom, il-Kandidat għal Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li din hi Liġi tal-mistħija.
//= $special ?>
