Għawdex Kultura Lokali

Cast straordinarju ghall-opra ‘Il Trovatore’ fit-Teatru Astra

Opra li toffri minn kollox; minn zewg eroini kuraggjuzi, li ma jafux fruntieri, sa ruffjan li ma jahsibhiex darbtejn; kollox f’erba’ atti imfawwra b’muzika appassjonanti; mizghuda b’uhud mill-ikbar arji u kaballetti li qatt instemghu. L-ispettatur jintilef f’dinja ta’ taht fuq bl-ghira, rabja, imhabba, u gwerra.

Kwalunkwe thassib dwar il-vastezza kkumplikata tal-istorja, jisfaxxa fix- xejn quddiem il-fama tad-direttur Enrico Stinchelli ghal-produzzjonijiet li holoq fit-Teatru Astra mill-2011 ‘l hawn.

Produzzjonijiet dejjem mahduma bi hsieb centrali bi profondita’ u fluidita’ psikologika, li jitrazzmetti l-passjoni fierha tal-opra.

Il-kantanti ghal din il-produzzjoni jinkludu wiehed mill-iktar tenuri Verdjani brillanti ta’ zmienna: Valerij Georgiev, li se jkun qed jiehu sehem fil-parti principali ta’ Manrico, jew ahjar, ‘Il Trovatore’. Georgiev huwa prezenza frekwenti fid-dinja operistika Ewropea, fejn insibuh jibbrilla fil-Germanja, l-Italja, il-Belgju, u ohrajn. Is-sopran Joanna Parisi, li gabret ghadd gmielu ta’ tifhir madwar id-dinja ghar-rwoli taghha fl-opri ta’ Verdi, se tkun qed tinterpreta l-parti ta’ Leonora. Parisi giet imsemmija bhala ‘wahda mill-generazzjonijiet ta’ kantanti tal-opra kbar’. Isem gdid ghat-Teatru Astra huwa Plamen Dimitrov, fil-parti tal-Konti Di Luna, mentri Sanja Anastasia; mezzo-sopran ta’ fama internazzjonali, se taghmel il-parti ta’ Azucena. Anastasia, ghadha mfakkra lokalment ghall-wirja stupenda li tat fil-parti ta’ Amneris fl-opra Aida fit-Teatru Astra stess fl-2016.

Carlo Colombara se jkun qed jirritorna fit-Teatru Astra fil-parti ta’ Ferrando. Colombara huwa kkunsidrat bhala wiehed mill-ikbar baxxi Verdjani tad-dinja. Hu kanta fl-iktar teatru prestigjuzi tad-dinja bhall- Vienna State Opera, il- Metroplitan (Stati Uniti), Bolshoi (Federazzjoni Russa), Teatro Alla Scala, u Covent Garden (Renju Unit), fost ghadd gmielu ta’ ohrajn. Artisti lokali se jinkludu lil Marvic Baldacchino, sopran promettenti li se tiddebutta fit-Teatru Astra fil-parti ta’ Ines, Noel Galea, veteran fix-xena tal-opra lokali, fil-parti ta’ Vecchio Zingaro, kif ukoll Mario Portelli fil-parti tal-Messaggier.

Is-surmast direttur tat-Teatru Astra Dr John Galea, li nhata ftit tax-xhur ilu, se jkun qed jiehu l-bakketta sabiex jiddiriegi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, u l-kor tal-Opra tat-Teatru Astra; f’serata spettakolari, sinonima mar-raffinament distint li gie offrut fil-passat.

Ir-rapprezentazzjoni doppja ta’ ‘Il Trovatore’, li se tiftah it-tmintax –il edizzjoni tal-Festival Mediterranea, hi skedata ghall-24 u s-26 t’Ottubru u qed issir bis-support tal-Gozo Cultural Support Programme.

Booking online hu accessibbli fuq www.teatruastra.org.mt u aktar informazzjoni fuq l-opra u l-Festival Mediterranea fuq 21550985.