Għal sen’oħra, il-Malta Aquarist Society qed torganizza l-esebizzjoni annwali tagħha b’wirja li fiha qed jiġu preżentati ħut varji fi 300 akkwarju. Il-wirja qed issir fir-Riserva Naturali tas-Salina.
Attrazzjoni partikolari din is-sena huma l-akkwarji fiċ-ċokon, f’daqs ta’ 30cm. Hawn wieħed jista’ jisserva d-dettall li daħlu fih l-esebituri.
L-organizzaturi introduċew ukoll dak li qed jissejjaħ ‘Biotope Setup’ b’ħut u ambjent li jissimbolizza xmajjar partikolari.
Il-wirja fis-Salina tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd li ġej.
Fi tmiem il-ġimgħa tkun miftuħa bejn id-9am u t-8pm, filwaqt li fil-ġranet normali l-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-4pm sat-8pm.
//= $special ?>

