Lokali

Ħabta bejn trakk u karozza fiz-zona ta’ Tarġa Gap

Ritratt: Martin Agius

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ssejħu fiz-zona ta’ Tarġa Gap wara li għall-ħabta ta’ 12:20pm seħħ inċident fit-triq li twassal lejn Burmarrad.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Ford Focus misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip DFSK misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei għal kura.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tal-mara għadhom pendenti.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.