Lokali

‘Il fuq minn 100 sensja…sitt ijiem qabel il-Budget

Aktar minn 100 persuna impjegata mal-ELC, il-konsorzju responsabbli mill-ambjent u t-tisbiħ ta’ zoni pubbliċi, irċevew ittra li qed tissensajhom minn xogħolhom, sitt ijime biss qabel il-prezentazzjoni tal-budget.

F’kuntest ta’ “ekonimija b’saħħitha” li l-Gvern kostantement jitkellem dwarha, mitt familja issa sabu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ instabbiltà u fl-għama għal dak li hu l-futur tagħhom.

Dawn is-sensji jiġu jumejn biss wara li nhar il-Ħadd, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jrid li jagħmel mill-Maltin kollha “sinjuri żgħar”.

Ikkummenta