Traġedja fl-Arġentina wara li tħabbret il-mewt tal-midfielder ta’ 23 sena Ezequiel Esperon. Kollox jindika illi waqt lejl ma’ sħabu f’appartament f’ Villa Devoto fi Buenos Aires, il-ħadid tal-gallerija li kien qed iserraħ miegħu ċeda bir-riżultat li waqa’ minn għoli ta’ sitt sulari. Esperon miet meta kien qed jittieħed l-isptar.
Meqjus bħala midfielder li jipprometti, f’Mejju li għadda kien inħall mill-kuntratt li kellu ma’ Atlante fil-Kampjonat Messikan. Fil-karriera Ezequiel Esperon lagħab ma’ All Boys u Velez Sarsfield fl-Arġentina qabel mar ma’ Porto Alegre u International. Qabel lagħab ma’ Atlante fil-Messiku kien lagħab fil-Kampjonat Professjonali Braziljan ma’ Gremio.
//= $special ?>