Tilef il-ġlieda għall-ħajja l-anzjan illi fl-24 ta’ Settembru li għadda kien ittajjar f’inċident li seħħ fi Triq Santa Tereża, viċin l-iskola Primarja ta’ Bormla.
Dakinhar tal-inċident, ir-raġel kien ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li ttajjar minn vettura u spiċċa mal-art. Illum il-Pulizija ikkonfermat illi l-anzjan ta’ 79 sena miet fl-Isptar Mater Dei, wara 14-il jum rikoverat fl-ITU.
Mill-investigazzjonijiet kien irriżulta li raġel ta’ 37 sena residenti l-Kalkara, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Ford Escort meta għal xi raġuni laqat lir-raġel ta’ 79 sena mill-Birgu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli qed tmexxi l-inkjesta dwar dan il-każ.
//= $special ?>