Tliet xjenzati rebħu l-Premju Nobel għall-Fiżika għall-iskoperti ‘storiċi’ relatati mal-univers. Ix-xjenzati – James Peebles, Michel Mayor u Didier Queloz – kienu konfermati bħala r-rebbieħa tan-Nobel 2019 f’dan il-qasam waqt ċerimonja fi Stokkolma.
Dawn ix-xjenzati rebħu n-Nobel kollettivament għall-ħidma tagħhom fuq l-evoluzzjoni tal-univers u l-iskoperta, fl-1995, ta’ pjaneta ‘il bogħod li qed iddur madwar stilla li tixbaħ lix-xemx. Ir-rebbieħa se jaqsmu premju ekwivalenti għal madwar 800,000 ewro.
Kelliema għall-Kumitat tan-Nobel qalu li l-premjijiet jirriflettu fattur essenzjali dwar il-post tal-bniedem fl-univers, bix-xjenzati jagħtu kontribut importanti għat-tagħlim dwar l-evoluzzjoni tal-unvers u l-pożizzjoni tad-dinja fil-kosmos.
//= $special ?>