– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal fil-parlament li r-rabta bejn l-edukazzjoni u x-xogħol hi fundamentali
Karl Gouder qal li l-edukazzjoni hi l-uniku riżorsa li għandu dan il-pajjiż u sostna li hu fl-interess tal-pajjiż li jassigura li kull persuna tieħu l-aħjar li tista’ mis-sistema edukattiva biex tilħaq il-milja tagħha. Is-saħħa u x-xogħol huma wkoll żewġ pilastri oħra għall-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta għandha tkun fuq ir-radar ta’ diversi pajjiżi billi jkollha reputazzjoni tajba mal-pajjiżi minn fejn jiġu studenti biex jistudjaw Malta. Hu qal li kull Malti u Maltija għandhom jaslu għal-ogħla livelli ta’ edukazzjoni possibbli.
Fil-pajjiż għad hawn perstanġġ għoli ta’ studenti li qed jieqfu kmieni mill-istudji tagħhom. Jeħtieġ għalhekk li l-pajiż ikun iktar kreattiv biex iħajjar iktar studenti jkompli jistudjaw. L-MCAST kien katalist biex l-istudenti jkomplu jistudjaw għaliex meta dan twaqqaf l-għażliet li kelhom l-istudenti kienu ristretti. Bl-MCAST infetħu opportunitajiet għal studenti li kienu jaħsbu li ma setgħux ikomplu bl-istudji tagħhom. Illum anki l-arti saret professjoni wara li kienu offruti opportunitajiet ta’ studju lill-istudenti ligħandhom ħiiet fl-arti.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-rabta li hemm bejn dak li qed isir fix-xogħol u l-edukazzjoni. Hu appella biex isir pjan għall-futur u direzzjoni biex jibqa’ jattira lejn investiment barrani kif għamel meta Gvern Nazzjonalista attira l-industrija tat-tiswija tal-ajruplani.
Karl Gouder kompla li s-sistema edukattva għandha toffri diversi għażliet lill-istuenti żgħażagħ.
Dwar l-edukazzjoni għal tul il-ħajja, Karl Gouder qal li dan il-kunċett għandu jkun imsaħħaħ permezz ta’ bidla fil-mentalità.
//= $special ?>