Budget 2020 Ewropa Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Ewropa ma kienx ivvota għas-sħubija

Is-Segretarju Parlamentari li f’idejh għandu r-responsabbiltà tal-infiq tal-fondi Ewropej għamel programm ta’ siegħa jaħrab mill-mistoqsija tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius dwar kif ivvota fir-referendun għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – votazzjoni li kienet saret fl-2003.

Mistoqsija li għamillu fil-bidu tal-programm u, għal darba ,tnejn tlieta, iżda li baqa’ jaħrabha kemm seta’.

Mistiedna fil-programm Realta fuq TVM, li bħala tema kellu l-proposti tal-Budget, Aaron Farrugia baqa’ litterlament sal-aħħar minuti jaħrab id-domanda ta’ David Agius, sakemm fl-aħħar ma kellux għażla ħlief li jammetti li fir-referendum ma ivvutax – u li, fi kliem iehor, ma kienx favur li nissiehbu fl-UE.

Matul l-interventi tieghu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-kredibilta irid ikollha bażi. Hu qal li ll-Partit Laburista kien għamel ix-xhur jikkampanja kontra ls-sħubija fl-Unjoni Ewopea, meta issa hu stess qed jonfoq il-flus li kiseb pajjiżna bid-dħul. Flus li kiseb il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-2003.

Tul il-programm, David Agius tkellem dwar il-proposti li għamel il-Partit Nazzjonalista permezz tal-Pre Budget dokument, u dwar l-importanza tal-ippjanar meta wieħed ikun qed ihejji budget.

Hu semma wkoll il-problema tal-faqar. Xi ħaġa li kien tant jitkellem dwarha anke Joseph Muscat meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, fejn kien jitkellem dwar l-eradikazzjoni tal-faqar.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar kif Joseph Muscat sena ilu kien talab analiżi ta’ kif qed jiġu kkalkulati l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, wara li ħarġu anomaliji kbar fil-mod kif qed isiru. Iżda sal-lum dan baqa’ ma sarx u l-kontijiet għadhom qed jiġu kkalkulati b’mod li l-poplu qed ikompli jinsteraq.