Lokali

Jaqa’ minn għoli wara argument f’sit ta’ kostruzzjoni

  • Il-Pulizija qed tfittex raġel mill-Georgia li ħarab minn fuq il-post

Raġel iddaħħal l-Isptar isofri minn ġrieħi gravi wara argument bejn żewġ barranin fuq sit ta’ kostruzzjoni. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm. f’sit fi Triq il-Most Ħ’Attard meta għal xi raġuni, faqqa’ argument bejn raġel ta’ 36 sena mill-Ghana u raġel ieħor ta’ 33 sena mill-Georgia.

Ir-raġel ta’ 36 sena sofra xi ġrieħi wara li allegatament waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari. Fuq il-post kellhom jissejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għar-raġel mill-Georgia hekk kif ħarab mill-post ftit wara l-inċident.