Lokali

“Jeħtieġ pjan ħolistiku għal Għawdex”

L-importanza li r-raba’ vapur isir b’mod permanenti, il-bżonn li jkollna kemm jista’ jkun malajr servizz ta’ Fast Ferry bejn iż-żewġ gżejjer, il-possibiltà li jerġa jiġi ntrodott is-servizz tal-ħelikopter bi prezzijiet raġonevoli u l-bżonn li ssir il-mina bejn Malta u Għawdex huma fost il-proposti tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex għall-budget li jmiss.

L-istess kamra ħarġet b’ numru ta’ proposti għall-baġit fejn fost l-oħrajn qed jgħidu,  li l-proġett tal-mina bejn Għawdex u Malta għandu jkompli …u li l-iskart iġġenerat minn dan il-proġett għandu jintuża għat-tkabbir tal-faċilitajiet tal-irmiġġ fl-Imġarr; iżda fl-istess waqr stqarrew li jinħtieġ pjan ħolisitiku għal Għawdex.

Dwar is-servizz tal-vapur, il-Kamra tan-Negozju qed tipproponi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pre-booking għall-operaturi kummerċjali. Sistema li għandha tiġi ntrodotta biss fuq vjaġġi dedikati għal vetturi kummerċjali

Il-Kamra tan-Negozju t’Għawdex talbet ukoll it-twaqqif ta ‘aġenziji li jikkumplimentaw ix-xogħol tal-Ministeru għal Għawdex, bħall-‘Aġenzija Kultura Għawdex’, u t-twaqqif ta’ aġenziji ffokata fuq l-iŻvilupp Ekonomiku. Mhux maghruf ezatt x’wassal ghal din it-talba, ghalkemm fil-verita’ hafna nies midhla fin-negozju ilhom xhur jilmentaw li l-Ministeru ghal Ghawdex mhux ilahhaq mad-domanda li gejja minn diversi bnadi.

Il-Kamra nnutat l-iżviluppi fir-rigward tal-Barts Medical School, iżda naqset milli ssemmi l-istpar ta’ Steward.

L-aħħar proposta tal-Kamra tan-Negozju t’Għawdex hi dwar il-kampus ta’ tal-Università fejn qalet li hjia temmen li għandu jerġa’ jiġi maħsub ir-rwol strateġiku ta’ dan il-post bit-twaqqif ta’ fakultà speċjalizzata fil-Kampus ta’ Għawdex u b’korsijiet li jiġu offruti biss minn dan il-post.