Sirens se jibdew era ġdida hekk kif ħatru uffiċjalment lis-Serb Marko Orlovic bħala l-kowċ tat-tim. Sirens kienu fost l-aktar timijiet attivi sa issa hekk kif il-gowlkiper Nicky Grixti u John Brownrigg ħallew il-klabb biex ingħaqdu ma’ Sliema filwaqt li l-gowlkiper Joseph Parnis ingħaqad mal-klabb għat-tliet staġuni li ġejjin.
Għal Orlovic din mhux se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna. Hu kien strumentali biex ġab is-suċċessi lura fil-klabb ta’ San Ġiljan, hekk kif il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom wara nuqqas ta’ 20 sena fl-2015, f’dak li kien l-ewwel staġun ta’ Orlovic mal-klabb.
Minn dakinhar, Orlovic baqa’ jibni t-tim u wassal biex riċentament San Ġiljan iddominaw l-aħħar snin. Kemm dam Orlovic fit-tmexxija, San Ġiljan rebħu l-kampjonat tas-sajf fl-2015 u fl-2017, erba’ darbiet konsekuttivi n-knock-out, tliet darbiet il-kampjonat tax-xitwa, tliet darbiet it-Tazza tal-President u ż-żewġ edizzjonijiet tal-Enemed Cup.
//= $special ?>