Sport Sport Ieħor

Organizzat riċeviment fit-30 anniversarju tal-Old Motors Club

Ftit jiem ilu, l-Old Motors Club Malta organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna distinti oħra kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqalllija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u llum għandu madwar 350 membru li bejniethom għandhom aktar minn elf karozza antika.

Ir-riċeviment ġie organizzat fil-binja li l-klabb għandu fi Triq l-Isperanza fil-Mosta. Il-bitħa tal-post ġiet imżejna bi tmien karozza, li kienu minn kull deċenju. Madwar 300 persuna laqgħu l-istedina tal-klabb u attendew dan ir-riċeviment.

Waqt is-serata żżanżan bust tat-tabib Lino Gauci Borda li kien ukoll Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, dilettant tal-karozzi antiki u għal snin twal chairman tal-Old Motors Club. Hu miet fi Frar li għadda fl-età ta’ 82 sena.