Lokali

Theżżiża ta’ terrimot tinħass minn diversi partijiet f’Malta

Ftit tal-ħin wara l-22:15, diversi persuni madwar Malta rrappurtaw li ħassew theżżiża, li kienet ikkonfermata bħala riperkussjoni ta’ terrimot.

Għalkemm is-sistemi ta’ moniteraġġ għadhom iridu joffru iktar informazzjoni, it-theżżiża tidher b’ċar fuq il-mappa tat-theżżiżiet taċ-Ċentru ta’ Moniteraġġ u Riċerka tal-Universita ta’ Malta.

Lil dan l-istazzjon waslulu rapporti b’mod speċjali minn Għawdex, kif ukoll inħawi oħra f’Malta fosthom San Pawl il-Baħar u l-madwar.