F’dawn il-jiem, pajjiżna kien fiċ-ċentru ta’ fiera internazzjonali bl-isem Expo Real illi tiffoka fuq il-qasam tal-proprjeta’ u s-servizzi anċillari.
Waqt il-fiera saret ukoll preżentazzjoni minn Property Malta Foundation bl-isem ‘Malta Big Ambitions’. Iċ-chairman tal-Fondazzjoni, Sandro Chetcuti, ta spejgazzjoni tal-ambjent li toffri Malta għal min irid jinvesti fil-proprjeta’.
Id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula minn 32 persuna.
Dawk li pparteċipaw fuq l-istand Maltija kienu Mercury Towers, The Shoreline, Townsquare, Ben Estates, Re/Max Alliance Malta, ThirtyFour Real Estate, Zanzi Group, Fenech and Fenech Advocates, ISB Technologies u Meinhardt Malta pvt Ltd.
//= $special ?>

