Budget 2020 Ekonomija Għawdex Lokali Turiżmu

Il-GTA tipproponi tnaqqis fil-VAT

Terġa' tinsisti fuq il-bżonn ta' airstrip f'Għawdex

Ir-rata ta’ VAT għar-restoranti u negozji oħra li joperaw fl-industrija turistika f’Għawdex għandha tonqos minn 18% għal 10%. Dan filwaqt li għandha tiġi wkoll aġġustata r-rata ta’ VAT li titħallas għall-akkomodazzjoni.

Dawn huma biss uħud mill-34 proposta li ressqet l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu għall-Budget 2020.

Il-GTA qed tipproponi fost l-oħrajn li jerġa’ jibda s-servizz tal-ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer, filwaqt li tinbena airstrip li tkun tkopri tul ta’ 450 metru. F’din l-airstrip ikunu jistgħu jinżlu ajruplani żgħar fixed wing.

Fost il-proposti tagħha, il-GTA titkellem fuq il-bżonn ta’ biljett staġjonali għal min juża l-Gozo Channel, u l-bżonn li jissaħħu kemm il-faċilitajiet sportivi kif ukoll dawk edukattivi.

Interessanti l-fatt illi l-istess assoċjazzjoni Għawdxija tagħmel referenza għall-ħtieġa ta’ studju dwar kemm tiflaħ influss ta’ nies din il-gżira, u tappella lill-Gvern biex ikun hemm pjan maħsub għall-20 sena li ġejja.