Ir-rwol tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal hu importanti
– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li r-rwol tal-ġenituri fl-edukazzjoni tat-tfal hu mportanti u dan il-kunċett m’għandux ikun mittiefes.
Fil-parlament Edwin Vassallo tkellem dwar l-importanza tal-familja u qal li għandhom ikunu mgħallma l-valuri iżda dan ma jistax isir mingħajr l-impenn tal-ġenituri li huma mniżżla darba biss fil-liġi. Hu qal li l-ġenituri għandhom dritt li jagħtu l-edukazzjoni lill-minuri iżda issa l-liġi qed tneħħi d-dritt tal-ġenituri li jieħdu deċiżjoni dwar l-edukazzjoni tal-minuri. Edwin Vassallo sostna li hemm raġuni ulterjuri wara dik li ta l-Ministru Evarist Bartolo u appella lill-Ministru tal-Edukazzjoni bies jispjega jekk artiklu 8 hux se jintuża għall-iskopijiet tiegħu jew għal skopijiet oħra.
Hu tratta s-sitwazzjonijiet ta’ ġenituri separat b’effetti fuq uliedhom u staqsa jekk Artiklu 8 f’din il-lii hux biżżejjed biex jipproteġi lill-ulied. Hu qal li l-istat qed jieħu r-responsabbiltà minn idejn il-ġenituri u jtiha lill-bord. Il-ġenituri jistgħu jeħlu piena għax ma jaqblux ma’ dak li uliedhom ikunu mgħallma.
//= $special ?>