Kultura Lokali Mużika

Is-seba’ edizzjoni tat-Three Palaces Festival

The Three Palaces – festival mifrux fi tliet lokalitajiet, fil-Belt Valletta, L-Imdina, u n-Naxxar; festival li se jsir bejn  l-1 u l-10 ta’ Novembru, u li se jittella’ f’żewġ palazzi, u numru ta’ knejjes.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Palazzo Parisio fin-Naxxar ġew imħabbra d-dettalji ta’ dan il-festival li mhux biss jikkonsisti f’mużika, iżda anki żfin u arti.

Attività li tikkonsisti f’numru ta’ temi minsuġa ma’ xulxin hija dik ta’ Tableux Vivants, fejn se jieħdu l-ħajja bil-mużika l-pitturi ta’ Caravaggio.

Din se ssir fis-7 ta’ Novembru fil-Knisja ta’ Santa Marija Madalena fil-Belt Valletta.

L-aħħar attività li tagħlaq dan il-festival se tkun fl-Imdina, madwar din il-belt kollha. Attività se tkun bi sħab mal-Kunsill Lokali tal-Imdina b’numru ta’ kunċerti ta’ mużika u arti lkoll migbura flimkien.