- Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna li s-sistema fl-edukazzjoni f’Malta għadha ċentralizzata wisq.
Fil-parlament Clyde Puli qal li l-edukazzjoni hi intrinsikament tajjeb u tinkludi edukazzjoni akkademika u marbuta max-xogħol u li titrasmetti wkoll l-aspett tas-soċjetà għaliex dan hu importanti ħafna. Hu tkellem fuq l-importanza li s-soċjetà tlaħħaq mal-innovazzjonijiet kollha tibqa tingħata edukazzjoni ħolisitika.
Minkejja l-wegħdi l-iskola tal-Qawra ilha ħames snin imwiegħda u mhux lesta, l-iskola tal-Imsida li nħarġu l-istudenti minnha iżda x-xogħlijiet ma tkomplewx, l-iskola tar-Rabat Għawdex li fiha x-xogħlijiet ma tkomplewx waqt li l-iskola tal-Mellieħa m’għandhiex biżżejjed spazju biex tilqa’ l-istudenti kollha. Il-policies tal-gvern mhux jassoċċjaw flimkien, sostna Clyde Puli li kkritika lill-gvern fuq il-fatt li hemm mijiet ta’ studenti li qed jużaw containers bħala klassijiet.
Dan filwaqt li hemm 325 student li għadhom qed jistennew LSC waqt li hemm divseri klassijiet li fihom ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin. Din il-kritika qed jagħmluha wkoll il-unions li qed isibu l-bibien magħluqa fosthom li qed jistennew traġedja fejn għalliema jġorru s-siġġijiet minn klassi għall-oħra.
Il-unions qed jappellaw ukoll għal pjan fid-dettall. Id-direttorat qed jagħżel li jżid iktar il-klassijiet, sostna Clyde Puli, li kompla li n-nefqa għall-edukazzjoni tikkompara tajjeb ma dak li jonfqu pajjiżi oħra Ewropej.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk wasalx iż-żmien li jkun hemm analiżi tar-riformi li twettqu u qed jitwettqu biex l-għalliema ma jkollhomx effetti negattivi fuqhom. Is-sistema għadha wisq ċentralizzata, sostna Clyde Puli, li tkellem dwar l-importanza tar-rispett fl-awtonomija.
Dan in-nuqqas qed jiddimotiva lill-għalliema. Is-sena li għaddiet kienet l-aktar sena li fiha telqu għalliema mill-professjoni tagħhom u ntilfu wara li l-pajjiż għamel investiment fihom.
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli tkellem dwar il-home schooling u dwar il-governanza fil-kuntest tad-deċentralizzazzjoni fejn semma’ l-liġi tal-gvern dwar l-ugwaljanza. Hu qal li din kienet liġi kontrovserjali ħafna anki fil-mod kif din se teffettwa l-edukazzjoni fil-pajjiż. Clyde Puli enfażizza l-importanza li l-polices tal-gvern jikkordinaw flimkien.
//= $special ?>